bejn baħar u baħar
bejn baħar u baħar, ta’ Elizabeth Grech
Fi kliem Clare Azzopardi: “Xi drabi, dawn il-poeżiji huma kalmi, siekta u saħansitra nebbiexa. Drabi oħra mqallba u mnikkta. Bħall-baħar. Fihom nixtieq nogħdos u nibqa’.”
Inbill is-swaba’ ta’ saqajja
fik
u int,
tbaħbaħli ħsibijieti,
tlaħlaħli dmijieti.
Nixxaħxaħ fik
u niled
il-ġwienaħ
f’dahri.
Mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn hawn, b’pustaġġ b’xejn lejn Malta u Għawdex: https://merlinpublishers.com/product/bejn-bahar-u-bahar/
disinn tal-qoxra: Pierre Portelli
https://merlinpublishers.com/author-book/elizabeth-grech/