Tibgħatlek il-ħoss tal-mewġ jitfissed mal-blat
u inti tweġibha
kemm hu sabiħ li tistenbaħ
filgħodu b’dil-ħlewwa.
Imma hi lilek trid,
trid lilek tinżel hawn twennisha
tridek kollok
trid terġa’ tisma’ l-ħoss mielaħ ta’ xofftejk
jitbennen mal-mewġ
tiegħek
u tagħha.
Imm’int il bogħod,
il-baħar tiegħek
baħar ieħor.

 

Published in Encore Magazine on the 25 of February 2018