by Virginia Monteforte

Que reste-t-il en nous quand on vous met dehors?
Que reste-t-il à l’intérieur?
Dans le froid perçant
dans le sud-est curieux de ce dur hiver?
Dans les vents violents venant de la mer?
Que reste-t-il en nous durant les longues soirées
d’un accueil impitoyable?

Il reste des cellules vides.
La satisfaction de s’en être débarassé.
Le vide de l’ordre.
Reste, l’enthousiasme des menottes.
La fin des procédures.
Les tampons datés.
Les initiales sans prénoms.
Le dossier clôturé.
La rancoeur envers l’intérieur et la sécurité nationale.

On aurait pu choisir le caprice de l’amitié.
Le désordre de l’accord.
L’attestation de l’amour.
On aurait pu rester au poste
à travailler côte à côte,
malgré le sud-est curieux et le dur hiver.

Parce que nous sommes tous venus de la mer.
Des courants.
De la brise.
Du fond.
De l’eau.
De là, nous sommes venus.
Cordon d’identité et à la seconde près.

On aurait pu choisir le caprice de l’amour.

Mais nous avons choisi la clôture du dossier.

par Adrian Grima, traduction Elizabeth Grech

Le dimanche 2 janvier 2017 | Pour la Marche de solidarité avec les immigrés menacés d’être expulsés.

X’Jibqa’ Fina

X’jibqa’ fina meta nbewġukom ’il barra?
X’jibqa’ ġewwa?
Fil-kesħa xxoqq,
fix-xlokk kurjuż ta’ din ix-xitwa tqila?
Fl-irwiefen qliel ġejjin minn fuq il-baħar?
X’jibqa’ fina, fl-iljieli twal tal-merħba mqita tagħna?

Ċelel vojta jibqa’.
Is-sodisfazzjon li żbarazzajna.
Il-vojt tal-ordni.
Jibqa’ l-entużjażmu tal-manetti.
It-tmiem tal-proċeduri.
It-timbri bid-dati.
L-inizjali mingħajr ismijiet.
Il-file magħluq.
L-animu fl-intern u s-sigurtà nazzjonali.

Stajna għażilna l-kapriċċ tal-ħbiberija.
Id-diżordni tal-ftehim.
Il-fedina penali tal-imħabba.
Stajna bqajna fuq ix-xogħol,
naħdmu maġenb xulxin,
bix-xlokk kurjuż u x-xitwa tqila xorta.

Għax aħna lkoll mill-baħar ġejna.
Mill-kurrenti
Mill-imbatt.
Mill-qiegħ.
Mill-ilma.
Minn hemm ġejna.
Bil-kurdun tal-identità u bis-sekonda.

Stajna għażilna l-kapriċċ tal-imħabba.

Imma għażilna file magħluq.

Il-Ħadd 2 ta’ Jannar 2017 | Għall-Mixja ta’ Solidarjetà mal-Immigranti mhedda bid-deportazzjoni