“Ta langue” dans Terres de femmes
Poésie publié dans le Blog Terres de femmes d’Angèle Paoli
LEĦNEK
Hemm il-ħsejjes, il-kliem,
il-ħmura ħajja,
id-demm il-laħam il-qalb
ta’ żew ġ artijiet
imdendlin
bejn baħar u baħar
fik, binti.
L-armonija li ġġorr
f’ponot subgħajk
mifruxa aktar minn tiegħi.
U nitgħaxxaq naraha
ħierġa minn qalbek
il-mużika barranija
ta’ le ħnek Malti.
Leħnek ta’ ġewwa.
Leħni għamiltu leħnek.
Il -ġebla tiegħi tridha tiegħek.
Lanqas hemm bżonn ngħallmek
għax kollox jinsab fik
u l-qamar tiegħek
ġa jaf kollox.
Kollox.
Sal-iċken stilla.
TA LANGUE
Il y a les sons les mots
le rouge vif
le sang la chair le cœur
de deux terres
suspendues
en toi,
entre une mer et l’autre.
L’harmonie que tu portes
au bout de tes doigts
est plus ample que la mienne.
Et je me réjouis
de voir jaillir de ton cœur
la musique étrangère
de ta langue maltaise.
Ta voix est familière.
Mes mots, tu les as faits tiens.
Tu veux faire tien mon rocher.
Je n’ai pas besoin de t’enseigner
quoi que ce soit,
tout est en toi
et ta lune
sait déjà tout de toi.
Tout.
Jusqu’à la plus petite étoile.
Traduction inédite en français de Philippe Parizot en collaboration avec l’auteure.