Fil-biblijoteka
ta’ dil-medina labirint,
il-fewġa ta’ ġismek mewġa
fewħet kull rokna
ta’ dal-erba’ ħitan.

Id-disinni fl-arja
ta’ ġismek jiżżegleg,
żifnietek tidwi
fil-mera ta’ faċċata.
Ħarstek fil-vojt
iġġorr spazji ohra,
qanqlet kull ċellola f’ġismi.

Id-daqq tat-tanbur jidwi fil-bozoz.
L-għaraq jiżżerzaq ma’ saqajja
mwaħħlin mas-siġġu tal-plastik,
idejja jiżolqu.
Ġismek ileqq
fit-tidlik ta’ Settembru.

Jistabat ġismek,
jitħabat, jistira,
jitmejjel, jitwennes
mal-arja.

Ħallini naħseb li kont int
tiżfen diż-żifna.
Ħallini naħseb li diż-żifna
żfintha għalija biss.

Tunis, Dream City, inspirata mill-koregrafija ta’ Malek Sebbaï
(28 ta’ Settembru 2012).

Dans la bibliothèque
de cette ville labyrinthe,
la brise de ton corps toupie
laisse des effluves
dans chaque recoin.

Les dessins dans l’air
de ton corps ondulé,
ta danse en écho
dans le miroir d’en face.
Ton regard plongé en toi
porte d’autres espaces,
réveille chaque cellule de mon corps.

Dans les ampoules électriques
les sons du tambour.
La transpiration coule le long de mes jambes
collées au plastique de la chaise,
mes mains moites.
Le luisant de ton corps
dans la pesanteur de septembre.

Il se cogne ton corps,
se bat, s’étire,
se moque, se rassure
avec l’air.

Laisse-moi penser que c’est bien toi qui danse.
Laisse-moi penser que cette danse
tu la danses pour moi.

Tunis, Dream City, inspirée de la chorégraphie de Malek Sebbaï.
(28 septembre 2012)